Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Vicenza (l-Italja) fil-15 ta’ Novembru 2019 – AV vs Ministero della Giustizia, ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-834/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Vicenza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AV

Konvenuti: Ministero della Giustizia, ir-Repubblika Taljana

Domanda preliminari

L-orjentament nazzjonali li teskludi mill-kunċett ta’ “ħaddiem part-time” imsemmi fil-klawżola 2 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1997/81/KE u mill-kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien determinat” imsemmi fil-klawżola 2 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70/KE il-Giudice Onorario di Tribunale (GOT) [Ġudikant Onorarju - professjonist legali awtorizzat li jaqta’ kwistjonijiet ġuridiċi] li jwettaq ix-xogħol tiegħu permezz tal-modalitajiet (deskritti f’dan il-każ), li jikkaratterizzaw il-provvista ta’ servizz mogħti minn AV tipprekludi t-twettiq tal-effett utli tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill- UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC 1 u tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP 2 ?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267.

2     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.