Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ April 2015 – Maraoud vs SEAE

(Kawża F-71/14) 1

(Servizz Pubbliku – Persunal tas-SEAE. – Persunal bil-kuntratt – Missjoni f’pajjiż terz – Inċident li seħħ fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet – Allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja – Ġranet ta’ leave mhux meħuda – Teħid ta’ responsabbiltà tal-kura – Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Hayet Maraoud (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. F. de Castro Fernandez u J.-L. Gillain, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-anullament tad-deċiżjoni li ma jibqgħux jitħallsu l-kumpens għall-kundizzjonijiet tal-ħajja (KKĦ), il-kumpens addizzjonali (KA) fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-post ta’ assenjazzjoni tar-rikorrenti u allowance ta’ kuljum (AK), u ħlas ta’ 49 jum ta’ leave tas-sena 2012 mhux meħuda kif ukoll talba għall-kumpens għad-dannu għal nuqqas ta’ assistenza u abbandun wara l-inċident fuq il-post tax-xogħol li r-rikorrenti sfat vittma tiegħu.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.H. Maraoud għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.