Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Settembru 2015 – Kriscak vs Europol

(Kawża F-73/14) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-Europol – Konvenzjoni Europol – Regolamenti tal-Persunal tal-Europol – Anness 1 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol – Lista ta’ pożizzjonijiet indikati b’tipa grassa li jistgħu jimtlew biss minn persuna reklutata mis-servizzi kompetenti fis-sens tal-Artikolu 2(4) tal-Konvenzjoni Europol – Postijiet ristretti – Deċiżjoni Europol – Pożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu okkupati minn persuna reklutata mill-awtoritajiet kompetenti fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Europol – Applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-membri tal-persunal tal-Europol – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ffissat għal żmien determinat – Rifjut li jingħata kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat – Rikors għal annullament – Rikors għad-danni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Christiana Kriscak (Den Hagen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija Europol (rappreżentanti: D. Neumann, J. Arnould u C. Falmagne, aġenti)Suġġett Talba għal annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti u għall-kumpens tad-danni morali u materjali allegatament subiti.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ukoll li jbati terz mill-ispejjeż sostnuti minn C. Kriscak.C. Kriscak tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 380, 27.10.2014, p. 27.