Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-2 ta’ April 2019 – Sportingbet PLC, Internet Opportunity Entertainment Ltd vs Santa Casa da Misericórdia de Lisboa, Sporting Club de Braga, Sporting Club de Braga - Futebol, SAD

(Kawża C-275/19)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sportingbet PLC, Internet Opportunity Entertainment Ltd

Konvenuti: Santa Casa da Misericórdia de Lisboa, Sporting Club de Braga, Sporting Club de Braga - Futebol, SAD

Domandi preliminari

Peress li l-Istat Portugiż ma informax lill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-regoli tekniċi li jinsabu fid-Digriet-Liġi Nru 442/89, tat-2 ta’ Diċembru tali regoli – b’mod iktar speċifiku, l-[...]Artikoli 3 [bir-redazzjonijiet indikati] u 9 – għandhom jitqiesu li ma humiex applikabbli, inkwantu dan in-nuqqas ta’ applikabbiltà tista’ tiġi invokata mill-individwi?

Peress li l-Istat Portugiż ma informax lill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-regoli tekniċi li jinsabu fid-Digriet-Liġi Nru 282/2003, tat-8 ta’ Novembru, dawn ir-regoli – b’mod iktar speċifiku, l-[...]Artikoli 2 u 3 – ma għandhomx jiġu applikati għall-persuni li jipprovdu servizzi fil-Portugall?

____________