Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2010 - Moschonaki vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-55/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Chrysanthe Moschonaki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Lhoëst)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li tieħu inkunsiderazzjoni l-kandidatura tar-rikorrenti għal pożizzjoni ta' assistent bibljotekarju u l-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallasha somma għall-kumpens għad-danni materjali u morali
Talbiet tar-rikorrenti
Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-30 ta' Settembru 2009, li biha hija rrifjutat li tieħu inkunsiderazzjoni l-kandidatura tar-rikorrenti wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' pożizzjoni vakanti COM/2009/1379 għall-pożizzjoni ta' assistent bibljotekarju fi ħdan id-DGT.D.3;
Sa fejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-31 ta' Marzu 2010, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti fit-28 ta' Diċembru 2009 skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;
Tagħti r-rikorrenti kumpens ta' EUR 30 000 għad-danni materjali u morali li hija subit;
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
____________