Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fis-17 ta’ Jannar 2020 – E. M. T. vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

(Kawża C-20/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E. M. T.

Konvenut: Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

Domanda preliminari

L-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali 1 , li jipprovdi li l-applikanti għandu jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv kontra deċiżjonijiet “dwar l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali”, u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien mal-Artikoli 20 u 26 tad-Direttiva 2013/32, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola ta’ proċedura nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 39/57 tal-Liġi tal-15 ta’ Diċembru 1980 dwar id-Dħul fit-Territorju, ir-Residenza, l-Istabbiliment u t-Tneħħija tal-Barranin, li jiffissa għal għaxart ijiem “kalendarji” mid-data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni amministrattiva, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra deċiżjoni li tkun tiċħad l-applikazzjoni sussegwenti għal protezzjoni internazzjonali, “meta r-rikors jiġi ppreżentat minn barrani li, fil-mument tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni, jkun jinsab f’post speċifiku msemmi fl-Artikoli 74/8 u 74/9 [tal-istess liġi] jew li jkun tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Gvern”, b’mod partikolari meta, wara l-komunikazzjoni tad-deċiżjoni amministrattiva ċċitata iktar ’il fuq, ir-rikorrent ikollu jieħu passi sabiex isib konsulent ġuridiku ieħor taħt il-benefiċċju tal-għajnuna legali bla ħlas sabiex jibda l-proċedura għat-tressiq ta’ kawża?

____________

1 ĠU 2013, L 180, p. 60.