Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2012 – Cantisani vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-71/10) 1

(Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Interpretu tal-konferenzi – Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal – Fastidju psikoloġiku – Kunflitt ta’ interessi – Talba għad-danni)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nicola Cantisani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. de Lannoy, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrent fir-rigward tal-fastidju psikoloġiku u t-talba għall-kumpens għad-dannu subit.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Nicola Cantisani għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 317, 20.11.2010, p. 49.