Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (il-Portugall) fit-3 ta’ Diċembru 2018 – Totalmédia – Marketing Directo e Publicidade SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-751/18)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Totalmédia – Marketing Directo e Publicidade SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

Meta jiġi interpretat fis-sens li, wara l-amalgamazzjoni inversa, l-interessi u l-ħlasijiet finanzjarji oħra tas-self meħud ma’ terzi jew ma’ soċji (li jkunu jistgħu jitnaqqsu mill-kumpannija inkorporata, fil-każ li ma jkunx hemm amalgamazzjoni) għall-akkwist tal-kapital tal-kumpannija sussidjarja li tkun qiegħda tinkorpora, trażmessi b’effett tal-amalgamazzjoni, ma jibqgħux suġġetti għal tnaqqis fiskali mill-profitti tal-kumpannija li tkun qiegħda tinkorpora, l-Artikolu 23(1)(c) tal-Código do IRC (il-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Persuni Ġuridiċi, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fl-2013, hija kompatibbli mad-dritt Ewropew, b’mod speċifiku, fis-sens li dan in-nuqqas ta’ tnaqqis tal-oneri fiskali jista’ jikkostitwixxi ostakolu jew restrizzjoni għall-operazzjonijiet ta’ konċentrazzjoni koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE 1 , bi ksur tal-prinċipji u għanijiet tagħha u, kif ukoll, l-Artikolu 4 tiegħu?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fis-sens li dan in-nuqqas ta’ tnaqqis fiskali tal-oneri finanzjarji huwa kompatibbli mad-Direttiva, dan jibqa’ jgħodd fid-dawl taċ-ċirkustanza li tali korrezzjoni ma tkunx twettqet fuq il-bażi tal-dispożizzjoni kontra l-abbuż tad-Direttiva (Artikolu 15) jew tal-liġi nazzjonali li tirriproduċiha (Artikolu 73(10) tal-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Persuni Ġuridiċi, iżda fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni oħra tal-liġi nazzjonali (Artikolu 23 tal-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Persuni Ġuridiċi)?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri (ĠU 2009, L 310, p. 34).