Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag - il-Pajjiżi l-Baxxi) – Christian Louboutin, Christian Louboutin Sas vs van Haren Schoenen BV

(Kawża C-163/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trade marks – Raġunijiet assoluti għal rifjut jew invalidità – Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott – Kunċett ta’ ‘forma’ – Kulur – Pożizzjoni fuq parti tal-prodott – Direttiva 2008/95/KE – Artikolu 2 – Artikolu 3(1)(e)(iii))

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Christian Louboutin, Christian Louboutin Sas

Konvenuta: van Haren Schoenen BV

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1)(e)(iii) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li sinjal li jikkonsisti f’kulur applikat fuq il-pett ta’ żarbun b’takkuna għolja, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma huwiex ikkostitwit esklużivament mill-“forma”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

____________

1     ĠU C 211, 13.06.2016.