Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Ottubru 2011 - ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-98/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: F. Moyse u A. Salerno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ċerta għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru lill-istudenti ta' edukazzjoni ogħla titqies bħala benefiċċju tal-istess natura bħall-benefiċċji għall-familja u li din l-għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-benefiċċju għall-iskola mogħti lill-uffiċjali ġenituri ta' dawn l-istudenti kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni li titressaq proċedura għall-irkupru tal-ħlas mhux dovut.

Talbiet tar-rikorrent(i)

Fir-rigward tal-ewwel disa' rikorrenti, tannulla, min-naħa waħda, id-deċiżjonijiet li mill-benefiċċji għall-iskola stabbiliti bil-liġi mħallsa lit-tfal tagħhom jitnaqqas l-ammont tal-boroż għall-edukazzjoni ogħla mogħti lil dawn tal-aħħar mis-Centre de Documentation et d'Information sur l'Enseignement Supérieur du Grand-Duché du Luxembourg (CEDIES), kif ukoll, min-naħa l-oħra, tannulla d-deċiżjonijiet li jitressqu proċeduri għall-irkupru tal-ħlas mhux dovut diretti lejn kull wieħed mir-rikorrenti msemmija u li jikkorrispondi għall-ammonti allegatament mhux dovuti tal-benefiċċji għall-iskola rċevuti preċedentement;

fir-rigward tal-aħħar rikorrent, tannulla d-deċiżjoni li titolbu sabiex jikkomunika jekk it-tifel tiegħu kienx jibbenefika minn borża għall-istudju mogħtija mis-CEDIES u li tissospendi, sadanittant, il-benefiċċju għall-iskola għal dan it-tifel mill-1 ta' Diċembru 2011, f'dak li jirrigwarda b'mod esklużiv din is-sospensjoni;

tinkludi l-arretrati tar-remunerazzjoni riżultanti flimkien mal-interessi għad-dewmien korrispondenti kkalkolati, mid-data tal-iskadenza tal-arretrati dovuti, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b'żewġ punti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________