Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Settembru 2010 - Van Asbroeck vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-88/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Marc Van Asbroeck (Dilbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex tiġi parzjalment annullata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-introduzzjoni ta' kumpens favur uffiċjali li bidlu l-kategorija qabel l-1 ta' Mejju 2004, sabiex jiġi riklassifikat, b'effett retroattiv mill-1 ta' Mejju 2004, fil-grad D*4/8 u sabiex il-karriera tiegħu titpoġġa fl-istess pożizzjoni fir-rigward ta' promozzjonijiet, aġġustamenti annwali u żidiet fl-iskala minn dakinhar.

Talbiet tar-rikorrent

jistieden lill-konvenuta sabiex tiddeċiedi b'mod espliċitu dwar it-tabella li r-rikorrent għamel sabiex iqabbel il-progress fis-salarju tiegħu u dak tas-salarju li kellu jkun tiegħu li kieku ma bidilx il-kategorija qabel l-1 ta' Mejju 2004;

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba sabiex tiġi annullata t-tielet sentenza tal-Artikolu 1(3) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-22 ta' Ottubru 2008, dwar l-introduzzjoni ta' kumpens favur uffiċjali li bidlu l-kategorija qabel l-1 ta' Mejju 2004, sabiex jiġi riklassifikat, b'effett retroattiv mill-1 ta' Mejju 2004, fil-grad D*4/8 u sabiex il-karriera tiegħu titpoġġa fl-istess pożizzjoni fir-rigward ta' promozzjonijiet, aġġustamenti annwali u żidiet fl-iskala minn dakinhar, u jekk ikun il-każ, tannulla d-deċiżjoni li biha ġie miċħud l-ilment;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' somma ffissata provviżorjament fl-ammont ta' EUR 13 218.24, bħala kumpens għad-dannu finanzjarju, biż-żieda tal-interessi bir-rata legali mid-data tas-sentenza li ser tingħata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________