Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanţa (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Mejju 2020 – Euro Delta Danube Srl vs Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură - Centrul Judeţean Tulcea

(Kawża C-225/20)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Constanţa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Euro Delta Danube Srl

Konvenuta: Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură - Centrul Judeţean Tulcea

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-punt 23 tal-Artikolu 2[(1)] u dawk tal-Artikolu 19 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 6[4]0/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità 1 , jipprekludu regoli nazzjonali li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, japplikaw fuq bidwi sanzjonijiet amministrattivi għal dikjarazzjoni eċċessiva minħabba li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għas-superfiċji agrikola li hija kkunsidrata bħala li ġiet iddikjarata b’mod eċċessiv, peress li jkabbar superfiċji agrikola bi strutturi għall-akwakultura miżmuma taħt kuntratt ta’ konċessjoni, mingħajr ma pproduċa l-prova tal-kunsens tal-konċessjonarju li l-art tista’ tintuża għall-agrikoltura?

____________

1     ĠU 2014, L 181, p. 48.