Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fid-19 ta’ April 2019 – Ingredion Germany GmbH vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-320/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ingredion Germany GmbH

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Domanda preliminari

L-Artikolu 18(1)(c) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE 1 , moqri flimkien mal-Artikolu 3(h) u mal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE 2 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għal installazzjonijiet li jidħlu ġodda fis-suq, il-fattur ta’ użu tal-kapaċità applikabbli għal-livell ta’ attività relatat mal-fjuwil għandu jkun limitat għal valur ta’ inqas minn 100 %?

____________

1     Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 130, p. 1).

2     Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7 p. 631).