Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel d’Aix-En-Provence (Franza) fit-23 ta’ Ottubru 2018 – Proċeduri kriminali kontra B S u C A

(Kawża C-663/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel d’Aix-en-Provence

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

B S u C A

Partijiet oħra: Ministère public, Conseil national de l’ordre des pharmaciens

Domanda preliminari

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija adita b’talba għal deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 28, 29, 30 u 32 tat-TFUE, tar-Regolamenti 1307/2013 1 u 1308/2013 2 kif ukoll tal-prinċipju ta’ moviment liberu tal-merkanzija, billi qegħda ssirilha d-domanda dwar jekk dawn it-testi għandhomx jiġu interpretati b’mod li d-dispożizzjonijiet derogatorji stabbiliti permezz tad-Digriet tat-22 ta’ Awwissu 1990 jimponu, billi jillimitaw il-kultivazzjoni tal-qanneb, l-industrijalizzazzjoni tiegħu u l-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, għall-fibri u ż-żerriegħa biss, restrizzjoni li ma hijiex konformi mad-dritt Kommunitarju.

____________

1 Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, p. 608 u rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 7).

2 Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, p. 671, u rettifiki fil-ĠU 2016, L 130, p. 8 u fil-ĠU 2014, L 189, p. 261).