Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża T-348/14) 1

(Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent – Obbligu ta’ motivazzjoni – Bażi legali – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Użu ħażin ta’ poter – Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji ta’ inklużjoni fil-lista – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-proprjetà)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Yanukovych (Donetsk, l-Ukraina) (rappreżentanti: T. Beazley, P. Saini, S. Fatima, QC, J. Hage, K. Howard, barristers, u C. Kennedy, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Finnegan u J.-P. Hix, sussegwentement J.-P. Hix u P. Mahnič Bruni, aġenti)

Intervenjenti in sostenn konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gauci u S. Bartelt, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 26), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2015, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 1), kif emendati, rispettivament, bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2014, L 111, p. 91) u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014, tal-14 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU 2014, L 111, p. 33), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143, tad-29 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK (ĠU 2015, L 24, p. 16), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/138, tad-29 ta’ Jannar 2015, li jemenda r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU 2015, L 24, p. 1), u, it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2015, L 62, p. 25), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU 2015, L 62, p. 1), sa fejn isem ir-rikorrent ġie inkluż jew inżamm fil-lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom għandhom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2015, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014, tal-14 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014, huma annullati sa fejn isem Oleksandr Viktorovych Yanukovych ġie inkluż fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li fir-rigward tagħhom japplikaw dawn il-mużuri restrittivi, u dan sad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn O.V. Yanukovych, fir-rigward tat-talba għal annullament ifformulata fir-rikors.

O.V. Yanukovych huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill, fir-rigward tat-talba għal annullament ifformulata fin-nota ta’ adattament tat-talbiet tiegħu.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 ĠU C 253, 4.8.2014