Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden - il-Pajjiżi l-Baxxi) – Art & Allposters International BV vs Stichting Pictoright

(C-419/13) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 4 — Dritt ta’ distribuzzjoni — Regola tal-eżawriment — Kunċett ta’ ‘oġġett’ — Trasferiment tal-immaġni ta’ xogħol protett minn fuq poster tal-karta għal fuq tila — Bdil tal-media — Effett fuq l-eżawriment)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Art & Allposters International BV

Konvenuta: Stichting Pictoright

DispożittivL-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regola tal-eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni ma tapplikax f’sitwazzjoni fejn riproduzzjoni ta’ xogħol protett, wara li tkun ġiet ikkummerċjalizzata fl-Unjoni Ewropea bil-kunsens tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur, ġarrbet bdil fil-media tagħha, bħat-trasferiment fuq tila ta’ din ir-riproduzzjoni li tkun fuq poster tal-karta, u ġiet imqiegħda mill-ġdid fis-suq fil-forma l-ġdida tagħha.