Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' April 2008 - Ortega Serrano vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-48/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Antonio Ortega Serrano (Cádiz, Spanja) (rappreżentant: A. Ortega Serrano, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-bord ta' l-eżaminaturi tal-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05 li l-isem tiegħu ma jiġix inkluż fil-lista tal-persuni magħżula.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet li ma jippermettux lir-rikorrent jagħmel parti mil-lista ta' riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05, u lanqas li toffrilu l-possibbiltà li jagħmel mill-ġdid il-prova orali;

tordna lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi data ġdida għall-prova orali;

tordna lill-Kummissjoni Ewropea tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha EPSO/900 R;

tagħtih aċċess għad-dokumenti tal-proċess verbali tal-prova orali;

tagħtih aċċess għad-dokumenti kollha li jagħmlu parti mill-faxxikolu tiegħu;

tħalli lir-rikorrent, li huwa avukat prattikanti taħt il-ġurisdizzjoni Spanjola, li jirrappreżenta lilu nnifsu;

teżamina l-faxxikoli tal-kandidati kollha li jagħmlu parti mil-lista ta' persuni li għaddew sabiex taċċerta li kollha kemm huma għandhom titolu universitarju li juri li għandhom livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ta' terminu minimu ta' tliet snin akkreditati permezz ta' titolu fil-liġi, u li ppreżentawh fit-terminu u fil-forma stabbiliti;

tiddikjara ammissibbli d-dokmenti ppreżentati bħala anness fil-lingwa Franċiża u Ingliża

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________