Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Ottubru 2010 - Couyoufa vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-110/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Denise Couyoufa (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tiġi eżentata mir-rotazzjoni mandatorja.

Talbiet tar-rikorrenti

jikkonstata illi d-deċiżjoni tal-31 ta' Lulju 2008 hija vvizzjata b'illegalità;

jannulla d-deċiżjoni tas-26 ta' Frar 2010 li tiċħad it-talba ta' D. Couyoufa;

jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-appell tagħha minn din id-deċiżjoni;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________