Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2014 – Portnov vs Il-Kunsill

(Kawża T-290/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Andriy Portnov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Cessieux, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li r-rikors ta’ A. Portnov huwa ammissibbli;

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrent;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal rimedju effettiv iggarantiti mill-prinċipji fundamentali tad-dritt Ewropew, stabbiliti bl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u bl-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.It-tieni motiv huwa bbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tal-atti kkontestati.It-tielet motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tal-kriterju ta’ sanzjoni ddefinit fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 2014/119/PESK u fil-punt 4 tal-premessi tar-Regolament (UE) Nru 208/2014.Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq eżistenza ta’ żball ta’ fatt, inkwantu A. Portnov, fid-data tal-adozzjoni tal-atti kkontestati, ma kien is-suġġet tal-ebda investigazzjoni kriminali fl-Ukraina għal fatti kif imsemmija kontrih mill-Kunsill.Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-proprjetà, prinċipju fundamentali tad-dritt Komunitarju protett mill-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjon

ali Nru 1 mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u

tal-Libertajiet Fundamentali.