Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-12 ta’ Novembru 2018 – Proċeduri kriminali kontra LD, ME, NF, OG, PH u RI
(Kawża C-704/18)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Spetsializiran nakazatelen sad
Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali
LD, ME, NF, OG, PH u RI
Domanda preliminari
L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lill-qorti nazzjonali tastjeni milli tapplika deċiżjoni preliminari, fil-kuntest tal-kawża prinċipali li fiha tkun ingħatat din id-deċiżjoni preliminari, fuq il-bażi taċ-ċirkustanzi fattwali li ttieħdu inkunsiderazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja meta tat id-deċiżjoni preliminari?
____________