Language of document :

Appell ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2020 minn Wonder Line, SL mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-284/19 – Wonder Line vs EUIPO – De Longhi Benelux (KENWELL)

(Kawża C-322/20 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Wonder Line, SL (rappreżentant: E. Manresa Medina, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Permezz ta’ digriet tas-26 ta’ Awwissu 2020 tal-Viċi President, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell bħala inammissibbli u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha.

____________