Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Frar 2020 – Rottendorf Pharma GmbH vs Hauptzollamt Bielefeld

(Kawża C-92/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rottendorf Pharma GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Bielefeld

Domanda preliminari

It-tieni inċiż tal-Artikolu 239(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, jista’ jsir ir-rimbors tad-dazji doganali, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, li fiha l-merkanzija mhux Komunitarja importata mill-persuna kkonċernata ġiet esportata mill-ġdid barra mit-territorju doganali tal-Komunità u li fiha ċ-ċirkustanzi li wasslu għad-dejn doganali ma humiex dovuti għal negliġenza manifesta min-naħa tal-persuna kkonċernata?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.