Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-77/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Il-konstatazzjoni tal-inapplikabbiltà tal-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal kif emendat bl-Artikolu 1(67)(d) tar-Regolament Nru 1023/2013 inkwantu jistabbilixxi rabta bejn l-għoti tal-benefiċċji previsti f’dan l-artikolu u l-istatus ta’ espatrijat jew ta’ resident barra mill-pajjiż, u l-annullament tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni relatati mal-ispejjeż tal-ivjaġġar mill-post ta’ assenjazzjoni għall-post ta’ oriġini adottati mill-Kunsill fl-1 ta’ Jannar 2014 li jopera l-istess rabta.

Talbiet tar-rikorrentjikkonstata li bis-saħħa tal-Artikolu 277 TFUE, l-Artikolu 1(67)(d) tar-Regolament Nru 1023/2013 għandu jitħalla mhux applikat inkwantu jorbot ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ivjaġġar annwali previsti fl-Artikolu 7 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal mal-kundizzjoni ta’ residenza barra mill-pajjiż jew ta’ espatrija;jannulla l-Artikolu 1 tad-DĠI tal-1 ta’ Jannar 2014 inkwantu jorbot ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ivjaġġar annwali previst fl-Artikolu 7 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal mal-kundizz

joni ta’ residenza barra mill-pajjiż jew ta’ espatrija;jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.