Language of document : ECLI:EU:F:2010:128

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

(L-Ewwel Awla)

26 ta’ Ottubru 2010

Kawża F-3/10

AB

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Ilment tardiv — Inammissibbiltà manifesta”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a, li permezz tiegħu r-rikorrent jitlob prinċipalment l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-tiġdid tal-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Sommarju

1.      Uffiċjali — Rikors — Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment — Ammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91; Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra, Artikolu 117).

2.      Uffiċjali — Rikors — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Żvolġiment regolari tal-proċedura amministrattiva preliminari

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91; Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra, Artikolu 117).

1.      Talba intiża għall-annullament ta’ deċiżjoni li tiċħad ilment għandha bħala effett li tadixxi lill-qorti tal-Unjoni Ewropea bl-att li jikkawża preġudizzju li kontrih ġie ppreżentat l-imsemmi lment.

(ara l-punt 23)

Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja: 17 ta’ Jannar 1989, Vainker vs Il‑Parlament, 293/87, Ġabra p. 23, punt 8; Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 23 ta’ Marzu 2004, Theodorakis vs Il‑Kunsill, T‑310/02, ĠabraSP p. I‑A‑95 u II‑427, punt 19; 9 ta’ Ġunju 2005, Castets vs Il‑Kummissjoni, T‑80/04, ĠabraSP p. I‑A‑161 u II‑729, punt 15

2.      L-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli b’analoġija għall-membri tal-persunal bil-kuntratt skont l-Artikolu 117 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra, jissuġġettaw l-ammissibbiltà ta’ rikors ippreżentat minn uffiċjal kontra l-istituzzjoni li għaliha huwa jappartjeni bil-kundizzjoni tal-iżvolġiment regolari tal-proċedura amministrattiva preliminari prevista minn dawn l-artikoli.

(ara l-punt 24)

Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja: 4 ta’ Ġunju 1987, P. vs CES, 16/86, Ġabra p. 2409, punt 6; Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 11 ta’ Mejju 1992, Whitehead vs Il‑Kummissjoni, T‑34/91, Ġabra p. II‑1723, punt 18