Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2013 – Andres et vs BĊE

(Kawża F-15/10) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Riforma tal-iskema ta’ previdenza – Iffriżar tal-pjan ta’ pensjoni – Implementazzjoni tal-iskema ta’ pensjonijiet – Konsultazzjoni tal-Kumitat ta’ Sorveljanza – Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal – Konsultazzjoni tal-Kunsill Ġenerali – Konsultazzjoni tal-Kunsill Regolatorju – Evalwazzjoni triennali tal-pjan ta’ pensjoni – Ksur tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Drittijiet miksuba – Prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ prevedibbiltà – Dmir ta’ informazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Carlos Andres et (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: C. Kroppenstedt u F. Malfrère, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, talba għall-annullament tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti ta’ Ġunju 2009, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju sussegwenti u futuri, sa fejn dawn id-dikjarazzjonijiet jikkostitwixxu l-implementazzjoni tar-riforma tal-iskema ta’ pensjonijiet deċiżi fl-4 ta’ Mejju 2009. Min-naħa l-oħra, it-talba intiża għal kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.C. Andres u l-168 rikorrent ieħor li isimhom jinsabu fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u huma kkundannati jbatu l-ispejjeż esposti mill-Bank Ċentrali Ewropew.