Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta' Ġunju 2011 - Larue u Seigneur vs BĊE
(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Remunerazzjoni - Aġġustament ġenerali tal-pagi - Ksur tal-metodu ta' kalkolu)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Emmanuel Larue u Olivier Seigneur (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: G. Nuvoli u N. Urban, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għal annullament tal-karti tas-salarju ta' Jannar 2009.
Dispożittiv
Il-karti tas-salarju ta' E. Larue u ta' O. Seigneur għax-xahar ta' Jannar 2009 huma annullati.
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż kollha.
____________1 - ĠU C 312, 19.12.2009, p. 44.