Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 – Nicola vs BEI

(Kawża F-45/11) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Evalwazzjoni – Rapport ta’ evalwazzjoni 2009 – Illegalità tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell – Rifjut ta’ promozzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Nuvoli u T. Gilliams, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2009 sa fejn ma jagħtihx il-marka A jew B+ u ma jipproponihx għal promozzjoni għall-funzjoni D.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-Bank Ewropew tal-Investiment tat-22 ta’ Settembru 2010 hija annullata.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2009, tad-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ promozzjoni tal-25 ta’ Marzu 2010 u tal-“atti kollha relatati, konsekuttivi u preċedenti”.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn C. De Nicola.

____________

1 ĠU C 186, 25.6.2011, p. 35.