Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel (il-Lussemburgu) fil-25 ta’ Lulju 2019 – Parquet général du Grand-Duché de Luxembourg vs JR

(Kawża C-566/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Parquet général du Grand-Duché de Luxembourg

Konvenut: JR

Domanda preliminari

Il-Prosekutur Pubbliku Franċiż fil-qorti istruttorja jew fil-qorti li għandha tagħti deċiżjoni, li huwa kompetenti fi Franza taħt id-dritt ta’ dan l-Istat, għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, jista’ jiġi kkunsidrat li huwa awtorità ġudizzjarja emittenti, fis-sens awtonomu msemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Nru 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 1 f’ċirkustanzi fejn, filwaqt li jivverifika l-osservanza tal-kundizzjonijiet neċessarji għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u jeżamina n-natura proporzjonata tiegħu fid-dawl tal-fatti tal-fajl kriminali, huwa fl-istess ħin l-awtorità responsabbli għat-tressiq ta’ proċeduri kriminali fl-istess kawża?

____________

1     Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).