Language of document :

Appell ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2018 minn HF mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fid-29 ta’ Ġunju 2018 fil-Kawża T-218/17, HF vs Il-Parlament

(Kawża C-570/18 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: HF (rappreżentant: A. Tymen, avocate)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2018 fil-Kawża T-218/17,

konsegwentement,

tilqa’ t-talbiet tal-appellant fl-ewwel istanza u, għaldaqstant,

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Ġunju 2016 li tiċħad it-talba tiegħu għal assistenza,

tikkundanna lill-appellat jikkumpensa d-dannu morali tiegħu evalwat ex aequo et bono għas-somma ta’ EUR 90 000,

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ksur tad-dritt għal smigħ – Ksur tal-Artikolu 41(1)(a) tal-Karta;

Ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta – Żnaturament tal-argumenti tal-appellant – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-ewwel qorti;

Ksur tal-Artikolu 31(1) tal-Karta – Ksur tal-Artikoli 12a(1) u (3) u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Barra minn hekk, l-appellant jikkontesta d-deċiżjoni tal-ewwel qorti li t-talba tiegħu għal kumpens tiġi miċħuda minħabba l-assenza ta’ annullament tad-deċiżjoni kkontestata.

____________