Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Brně (ir-Repubblika Ċeka) fl-20 ta’ Awwissu 2020 – ELVOSPOL vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-398/20)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Brně

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ELVOSPOL

Konvenut: Odvolací finanční ředitelství

Domanda preliminari

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi kundizzjoni li tipprekludi lill-persuna taxxabbli suġġetta għall-VAT, li kellha obbligu li tinkludi t-taxxa b’rabta ma’ provvista ta’ servizz taxxabbli lil persuna taxxabbli oħra, milli twettaq korrezzjoni tal-ammont tat-taxxa tal-output dovuta fuq l-ammont tad-dejn li nħoloq fil-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-deċiżjoni ġudizzjarja ta’ insolvenza ta’ din il-persuna taxxabbli l-oħra li ma ħallsitx għas-servizz jew li ħallset għalih parzjalment, tmur kontra l-għan tal-Artikolu 90(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE 1 tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?

____________

1 ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.