Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari tad-29 ta’ Lulju 2020 imressqa mis-Satversmes tiesa (Il-Latvja) — Boriss Cilevičs et vs Latvijas Republikas Saeima

(Kawża C-391/20)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Satversmes tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Boriss Cilevičs, Valērijs Agešins, Vjačeslavs Dombrovskis, Vladimirs Nikonovs, Artūrs Rubiks, Ivans Ribakovs, Nikolajs Kabanovs, Igors Pimenovs, Vitālijs Orlovs, Edgars Kucins, Ivans Klementjevs, Inga Goldberga, Evija Papule, Jānis Krišāns, Jānis Urbanovičs, Ļubova Švecova, Sergejs Dolgopolovs, Andrejs Klementjevs, Regīna Ločmele-Luņova, Ivars Zariņš

Istituzzjoni li minnha jirriżulta l-att ikkontestat: Latvijas Republikas Saeima

Domandi preliminari

1)    Leġiżlazzjoni bħal dik kontenzjuża fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment stabbilita fl-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew, sussidjarjament, għal-libertà ta’ provvista ta’ servizzi ggarantita fl-Artikolu 56 TFUE, kif ukoll għal-libertà ta’ intrapriża rrikonoxxuta fl-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

2)    Liema kunsiderazzjonijiet għandhom jittieħdu biex tiġi evalwata n-natura ġustifikata, adegwata u proporzjonata ta’ leġiżlazzjoni tali b’rabta mal-għan leġittimu tagħha li lingwa uffiċjali tiġi protetta bħala manifestazzjoni tal-indentità nazzjonali?

____________