Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Awwissu 2020 – EP, GM vs Corendon Airlines Turistik Hava Tasimacilik A.S.

(Kawża C-395/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EP, GM

Konvenuta: Corendon Airlines Turistik Hava Tasimacilik A.S.

Domandi preliminari

Ikun hemm kanċellazzjoni ta’ titjira fis-sens tal-punt l tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 meta t-trasportatur tal-ajru li jopera jiskeda mill-ġdid it-titjira rriżervata fil-kuntest ta’ pakkett tal-ivvjaġġar mit-tluq skedat fis-13.20 (ħin lokali) għall-16.10 (ħin lokali) fl-istess ġurnata?

In-notifika, li tiġi kkomunikata disat ijiem qabel il-bidu tal-vjaġġ, dwar l-iskedar mill-ġdid tat-titjira mis-13.20 (ħin lokali) għall-16.10 (ħin lokali) fl-istess ġurnata tikkostitwixxi offerta ta’ rotta differenti fis-sens tal-Artikolu 5(1)(ċ)(ii) tar-Regolament Nru 261/2004 u, jekk tingħata risposta fl-affermattiv, din l-offerta għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 5(1)(a) u tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.