Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Marzu 2010 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-102/08) 1

(Servizz Pubbliku - Uffiċjal - Ġarr ta' beni personali tar-rikorrent - Rikors għad-danni - Rikors manifestament inammissibbli - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża, minn naħa, għal kumpens tad-danni allegatament subiti meta sar il-ġarr tal-beni personali li kienu jinsabu fir-residenza pprovduta lilu minn min kien jimpjegah f'Luanda u min-naħa l-oħra, sabiex jintbagħtulu l-kopji tar-ritratti meħuda matul dan il-ġarr u l-qerda tad-dokumentazzjoni kollha relattiva għal dawn il-beni.

Dispożittiv tad-digriet

Ir-rikors ta' L. Marcuccio huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

L. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż.

L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lura lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku s-somma ta' EUR 1 500.

____________

1 - ĠU C 55, 7.3.2009, p.52.