Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy Pragi-Południe w Warszawie (il-Polonja) fis-26 ta’ Ġunju 2018 – Profi Credit Polska S.A. w Bielsku Białej vs Bogumiła Włostowska, Mariusz Kurpiewski, Kamil Wójcik, Michał Konarzewski, Elżbieta Kondracka-Kłębecka, Monika Karwowska, Stanisław Kowalski, Anna Trusik, Adam Lizoń, Włodzimierz Lisowski

(Kawża C-419/18)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy Pragi-Południe w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Profi Credit Polska S.A. w Bielsku Białej

Konvenuti: Bogumiła Włostowska, Mariusz Kurpiewski, Kamil Wójcik, Michał Konarzewski, Elżbieta Kondracka-Kłębecka, Monika Karwowska, Stanisław Kowalski, Anna Trusik, Adam Lizoń, Włodzimierz Lisowski

Domandi preliminari

L-Artikoli 3(1), 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 u d-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE 2 inkluż, b’mod partikolari, l-Artikoli 10, 14, 17(1) u 19 tagħha, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tippermetti li jiġi ggarantit kreditu permezz ta’ ċedola in bjank minn kreditur professjonist lil persuna li tissellef li hija konsumatur?

L-Artikoli 6(1)u 7(1) tad-Direttiva 93/3 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimponu fuq il-qorti li quddiemha titressaq il-kawża li hemm riferiment għaliha fl-ewwel domanda l-obbligu li teżamina ex officio jekk id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt li jikkostitwixxu r-relazzjoni legali fundamentali li hija l-bażi tal-obbligu ta’ ċedola ma jinkludux klawżoli kuntrattwali inġusti, anki meta l-bejjiegħ jew fornitur rikorrent jibbaża t-talba tiegħu esklużivament fuq ir-relazzjoni bbażata fuq iċ-ċedola?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

2 ĠU 2008 L 133, p. 66, rettifika fil-ĠU 2009 L 207, p. 14; rettifika fil-ĠU 2010 L 199, p. 40; rettifika fil-ĠU 2011 L 234, p. 46.