Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Ġunju 2010 - Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-44/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex jikseb l-awtorizzazzjoni ta' residenza barra mill-post fejn huwa assenjat matul leave tal-mard.

Talbiet tar-rikorrent

l-annullament tad-deċiżjoni tat-13 ta' Awwissu 2009 li tiċħad it-talba mressqa mir-rikorrent sabiex jikseb l-awtorizzazzjoni ta' residenza barra mill-post fejn huwa assenjat matul il-leave tal-mard tiegħu mit-3 ta' Awwissu sat-3 ta' Settembru 2009 u, b'mod partikolari, matul il-perijodu mit-13 sat-30 ta' Awwissu 2009;

talloka lir-rikorrent kumpens morali ekwivalenti għar-remunerazzjoni ta' ħamest ijiem, ikkalkulat abbażi ta' parti minn għoxrin tar-remunerazzjoni mensili tiegħu għal kull jum ikkumpensat;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________