Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Sector 2 Bucureşti (ir-Rumanija) fl-1 ta’ Ottubru 2019 – IO vs Impuls Leasing România IFN SA

(Kawża C-725/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Sector 2 Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IO

Konvenuta: Impuls Leasing România IFN SA

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 għandha tiġi interpretata, fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħar-regolament Rumen fis-seħħ fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni – l-Artikolu 713(2) tal-Codul de procedură civilă (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, ir-Rumanija) kif emendat bil-Legea nr. 310/2018 (il-Liġi Nru 310/2018) –, li ma tagħtix, fil-kuntest ta’ oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni, il-possibbiltà li tiġi eżaminata, fuq talba tal-konsumatur jew ex officio mill-qorti, jekk il-klawżoli ta’ kuntratt ta’ leasing li jikkostitwixxu titolu eżekuttiv humiex abbużivi, għar-raġuni li hemm azzjoni taħt id-dritt komuni li permezz tagħha l-kuntratti konklużi bejn “konsumatur” u “bejjiegħ jew fornitur” (“professjonist”) jistgħu jiġu vverifikati f’termini tal-eżistenza ta’ klawżoli abbużivi fis-sens ta’ din id-direttiva?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.