Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-4 ta’ Ġunju 2020 – WD vs job-medium GmbH fi stralċ

(Kawża C-233/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WD

Konvenuta: job-medium GmbH fi stralċ

Domandi preliminari

Hija kompatibbli mal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE 1 dispożizzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-ebda kumpens finanzjarju għal-leave annwali mħallas mhux meħud ma huwa dovut għal (l-aħħar) sena ta’ xogħol kurrenti, meta l-impjegat itemm ir-relazzjoni ta’ xogħol qabel iż-żmien u b’mod unilaterali mingħajr raġuni ġusta (“jirriżenja”)?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għal din id-domanda:

2.1)    Huwa barra minn hekk neċessarju li jiġi vverifikat jekk kienx impossibbli għall-impjegat li jieħu l-leave?

2.2)    Liema kriterji għandhom jintużaw għal din il-verifika?

____________

1     Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).