Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ April 2011 – Wilk vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-32/10) 1

(Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Rimbors ta’ spejjeż – Allowance ta’ installazzjoni – Installazzjoni mal-familja fil-post tax-xogħol – Rkupru ta’ pagament mhux dovut – Rikors manifestament inammissibbli jew manifestament infondat fid-dritt)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Christian Wilk (Trier, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Adam, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jordnaw l-irkupru ta’ nofs l-allowance ta’ installazzjoni mħallsa lir-rikorrent, wara d-divorzju tiegħu kif ukoll it-talba għal danni

Dispożittiv

Ir-rikors ta’ C. Wilk huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

C. Wilk għandu jħallas l-ispejjeż kollha.

____________

1 ĠU C 179, 03.07.2010, p. 60