Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Divisional Court) (Ir-Renju Unit) fis-6 ta’ Novembru 2019 – AC, TM, GM, MM vs ABC Sl, XYZ Plc

(Kawża C-814/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Divisional Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AC, TM, GM, MM

Konvenuti: ABC Sl, XYZ Plc

Domandi preliminari

L-Artikolu 13(3) tar-Regolament Nru 1215/2012 1 jeżiġi li s-suġġett u l-kawża invokati mill-persuna li tkun ġarrbet il-ħsara insostenn ta’ talba kontra d-detentur tal-polza/l-assigurat jinvolvu kwistjoni ta’ assigurazzjoni?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda (a) huwa biżżejjed, sabiex ikun jista’ jiġi konkluż li t-talba magħmula mill-persuna li tkun ġarrbet il-ħsara kontra d-detentur tal-polza/l-assigurat hija kwistjoni ta’ assigurazzjoni, li din it-talba tirriżulta mill-istess fatti u hija mressqa fil-kuntest tal-istess azzjoni bħat-talba magħmula direttament kontra l-assiguratur?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda (a) huwa biżżejjed li l-fatt li l-assigurat jingħaqad fil-kawża diretta kontra l-assigurat huwa permess mil-liġi li tirregola l-imsemmija azzjoni diretta kontra l-assiguratur?

Il-kunċett ta’ “persuna li tkun ġarrbet il-ħsaraˮ imsemmi fl-Artikolu 13(2), ikopri persuna mwielda b’riżultat ta’ tekniki ta’ ripproduzzjoni assistita fil-każ li din il-persuna tressaq talba billi tinvoka allegata negliġenza fl-eżekuzzjoni ta’ dawn it-tekniki ta’ riproduzzjoni assistita użati waqt il-konċepiment ta’ din il-persuna?

____________

1 Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1).