Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (ir-Rumanija) fit-12 ta’ Frar 2020 – Wilo Salmson France SAS vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală - Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală - Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti - Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenţi

(Kawża C-80/20)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wilo Salmson France SAS

Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală - Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală - Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti - Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenţi

Domandi preliminari

Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 167, moqri flimkien mal-Artikolu 178 tad-Direttiva 2006/112/KE 1 : hemm distinzjoni bejn il-mument tat-tnissil u l-mument tal-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis fir-rigward tal-mod kif topera s-sistema tal-VAT?

F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi ċċarat jekk id-dritt għal tnaqqis tal-VAT jistax jiġi eżerċitat fl-assenza ta’ fattura fiskali (valida) maħruġa għax-xiri tal-oġġetti mwettaq.

2)    Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-istess dispożizzjonijiet, moqrija flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2008/9/KE 2 : liema huwa l-punt ta’ riferiment proċedurali li permezz tiegħu għandha tiġi evalwata ir-regolarità tal-eżerċizzju tad-dritt għal rimbors tal-VAT?

F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi ċċarat jekk tistax issir talba għal rimbors tal-VAT li saret dovuta qabel il-“perijodu ta’ rimbors”, iżda li l-fatturazzjoni tagħha saret waqt il-perijodu ta’ rimbors.

3)    Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-istess dispożizzjonijiet tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2008/9, moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 167 u tal-Artikolu 178 tad-Direttiva 2006/112: liema huma l-effetti tal-annullament ta’ fatturi u tal-ħruġ ta’ fatturi ġodda għax-xiri ta’ oġġetti qabel il-“perijodu ta’ rimbors” fuq l-eżerċizzju tad-dritt għal rimbors tal-VAT relatata ma’ dan ix-xiri?

F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi ċċarat jekk, f’każ ta’ annullament mill-fornitur tal-fatturi inizjali maħruġa għax-xiri ta’ oġġetti u tal-ħruġ sussegwenti ta’ fatturi ġodda, l-eżerċizzju tad-dritt tal-benefiċjarju li jitlob rimbors tal-VAT fuq dan ix-xiri għandux jintrabat mad-data tal-fatturi l-ġodda. Dan huwa previst fil-każ li la l-annullament tal-fatturi inizjali u lanqas il-ħruġ tal-fatturi ġodda ma huma fil-kontroll tal-benefiċjarju, iżda huma biss esklużivament fid-diskrezzjoni tal-fornitur.

4)    Leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tissuġġetta r-rimbors tal-VAT mogħti konformement mad-Direttiva [2008/9] għal kundizzjoni ta’ eżiġibbiltà sa fejn il-fattura t-tajba tinħareġ matul il-perijodu li fiha saret l-applikazzjoni?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).

2     Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU 2008, L 44, p. 23).