Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 – Solberg vs (EMCDDA)

(Kawża F-148/12) 1

(Servizz pubbliku – Ex membru tal-persunal temporanju – Rapport ta’ evalwazzjoni – Interess ġuridiku – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata tas-setgħa diskrezzjonali)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ulrik Solberg (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, S. Orlandi, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) (rappreżentanti: D. Storti, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2011.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.M. Solberg għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga.