Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2013 – Balionyte-Merle vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-113) 1

(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/204/10 – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Evalwazzjoni tal-kompetenzi ġenerali tal-kandidati – Evalwazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni tal-kandidati waqt l-eżami fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni – Koerenza bejn il-punteġġ numeriku u l-kummenti li jidhru fil-passaport tal-ħiliet)

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vilija Balionyte-Merle (Auderghem, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrenti ma tkunx inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/204/10 u għall-annullament tad-deċiżjoni li biha ġie miċħud l-ilment.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.V. Balionyte-Merle għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.