Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2016 – Bouvret vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-42/12) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Drittijiet għall-pensjoni miksuba, qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni, taħt skema nazzjonali tal-pensjonijiet – Trasferiment lejn skema tal-pensjonijiet tal-Unjoni – Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz, aċċettata mill-persuna kkonċernata, ibbażata fuq dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni ġodda – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju – Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Florence Bouvret (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. de Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement D. de Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, u finalment, J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti, sussegwentment J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentment G. Gattinara, aġent, u finalment G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tal-proposta ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni abbażi tal-kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda li daħlu fis-seħħ wara t-talba għal trasferiment tar-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Florence Bouvret għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 JO C 184, 23.6.2012, p. 25.