Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2014 – de Brito Sequeira Carvalho vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-107/13) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Uffiċjal irtirat – Proċedura dixxiplinari – Sanzjoni dixxiplinari – Żamma mill-pensjoni – Smigħ tax-xhud kontrih mill-Bord Dixxiplinari – Assenza ta’ smigħ tal-uffiċjal ikkonċernat – Nuqqas ta’ rispett tad-dritt għal smigħ)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: José Antonio de Brito Sequeira Carvalho (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: É. Boigelot u R. Murru, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi sanzjoni dixxiplinari lir-rikorrent skont l-Artikolu 9(2) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal u t-talbiet għall-kumpens għal danni morali allegatament subiti u t-talba ta’ rimbors tas-somom diġà miżmuma.Dispożittiv tas-sentenza 1)    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta’ Marzu 2013 li timponi fuq J.A. de Brito Sequeira Carvalho, bħala miżura dixxiplinari, żamma ta’ terz tal-ammont mensili nett tal-pensjoni tiegħu għal sentejn hija annullata.2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.3)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ J.A. de Brito Sequeira Carvalho.