Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Novembru 2010 - AT vs EACEA

(Kawża F-113/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AT (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Agence exécutive "éducation, audiovisuel et culture"

Suġġett

L-ewwel nett, it-talba għall-annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru 2008, it-tieni nett, it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg, li xxolji minn qabel il-kuntratt tax-xogħol għal żmien determinat tar-rikorrent u, it-tielet nett, it-talbiet għall-ħlas tad-dannu subit.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-rapport ta' evalwazzjoni tal-karriera 2008 tar-rikorrent, hekk kif adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg tad-29 ta' Ottubru 2009;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg tat-12 ta' Frar 2010, li permezz tagħha hija xoljiet il-kuntratt ta' impjieg tar-rikorrent; u, sa fejn meħtieġ,

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg li tiċħad l-ilmenti magħmula mir-rikorrent kontra r-rapport ta' evalwazzjoni tal-karriera 2008 tiegħu u kontra d-deċiżjoni ta' xoljiment; tikkundanna lill-EACEA għall-ħlas ta' ammont li ma jistax ikun inferjuri għall-ammont ta' remunerazzjoni tar-rikorrent (u tal-vantaġġi kollha previsti mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg) ikkalkolat minn meta temm il-funzjonijiet tiegħu fit-12 ta' Frar 2010 u sad-data li jerġa' jibda jaħdem mal-Aġenzija wara d-deċiżjoni ta' annullament tad-deċiżjoni ta' xoljiment tal-kuntratt, bi ħlas għad-dannu professjonali u finanzjarju, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;

tikkundanna lill-EACEA għall-ħlas ta' somma ffissata provviżorjament għal EUR 10 000 bi ħlas għad-dannu fiżiku, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;

tikkundanna lill-EACEA għall-ħlas ta' somma ffissata provviżorjament u ex aequo et bono għal EUR 50 000 bi ħlas għad-dannu morali, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-EACEA għall-ħlas ta' somma ffissata provviżorjament u ex aequo et bono għal EUR 10 000 bi ħlas għad-dannu subit minħabba d-dekorriment tat-terminu raġonevoli fir-redazzjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni tal-karriera 2008, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;

tikkundanna lill-EACEA għall-ispejjeż.

____________