Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' Ġunju 2011

De Nicola vs Bank Ewropew tal-Investiment

(Kawża F-49/10)1

(Servizz Pubbliku - Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment - Assigurazzjoni għall-mard - Rifjut ta' teħid ta' responsabbiltà għal spejjeż mediċi - Talba għall-ħatra ta' tabib indipendenti - Terminu raġonevoli)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: T. Gilliams u F. Martin, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li ma jirrimborsax l-ispejjeż għal sessjonijiet ta' terapija bil-laser.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 221, 14.8.10, p. 61.