Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-28 ta’ Awwissu 2019 – Azienda Agricola Ambrosi Nicola Giuseppe et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Ministero delle Politiche Agricole e Forestali

(Kawża C-640/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Azienda Agricola Ambrosi Nicola Giuseppe, Azienda Agricola Castagna Giovanni, Soc. Azienda Agricola Castellani Enio, Nereo e Giuliano Ss, Azienda Agricola De Fanti Maria Teresa, Azienda Agricola Giacomazzi Vilmare, Soc. Azienda Agricola Iseo di Lunardi Giampaolo e Silvano Ss, Soc. Azienda Agricola Mastrolat di Mastrotto Franco e Luca Ss, Azienda Agricola Righetti Michele e Damiano, Azienda Agricola Scandola Stefano e Gianni, Azienda Agricola Tadiello Roberto, Azienda Agricola Turazza Mario, Azienda Agricola Zuin Tiziano, 2 B Società Agricola Srl ed Altri, Azienda Agricola Fracasso Claudio, Azienda Agricola Pozzan Mirko

Konvenuti: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Ministero delle Politiche Agricole e Forestali

Domandi preliminari

L-Artikoli 1, 2 u 3 tar-Regolament (KEE) Nru 856/84 1 , l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 2 , l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 3 u l-Artikoli 55, 64 u 65 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 4 kif ukoll l-annessi tagħhom, sa fejn huma intiżi li jiżguraw il-bilanċ bejn it-talba u l-offerta ta’ prodotti tal-ħalib fis-suq tal-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija eskluża mill-kalkolu tal-“kwoti tal-ħalib” il-produzzjoni intiża għall-esportazzjoni ta’ ġobnijiet DPO lejn pajjiżi terzi, bi qbil mal-għanijiet ta’ protezzjoni previsti għal dawn l-aħħar prodotti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 5 , kif ikkonfermat fl-Artikoli 4 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 6 u tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 7 , b’applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 32, 39, 40 u 41 TFUE?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, din l-iskema hekk interpretata tipprekludi li jiġu inklużi fil-kwantitajiet ta’ riferiment individwali, il-kwoti ta’ ħalib intiżi għall-produzzjoni ta’ ġobnijiet DPO għall-esportazzjoni barra mill-Unjoni, kif jirriżulta mill-Artikolu 2 tad-Digriet Liġi Nru 49 tat-28 ta’ Marzu 2003, mibdul f’liġi, b’emendi, bil-Liġi Nru 119 tat-30 ta’ Mejju 2003, u l-Artikolu 2 tal-Liġi Nru 468 tas-26 ta’ Novembru 1992 sa fejn l-Artikolu 2 tad-Digriet Liġi Nru 49/2003 jirreferi għalihom?

Sussidjarjament, jekk din l-interpretazzjoni tiġi kkunsidrata żbaljata,

L-Artikoli 1, 2 u 3 tar-Regolament (KEE) Nru 856/1984, l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92, l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 u l-Artikoli 55, 64 u 65 tar-Regolament Nru 1234/2007 kif ukoll l-annessi tagħhom (moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet Taljani ta’ traspożizzjoni li jinsabu fl-Artikolu 2 tad-Digriet-Liġi Nru 49 tat-28 ta’ Marzu 2003, mibdul f’liġi, b’emendi, bil-Liġi Nru 119 tat-30 ta’ Mejju 2003, u fl-Artikolu 2 tal-Liġi Nru 468 tas-26 ta’ Novembru 1992 sa fejn l-Artikolu 2 tad-Digriet Liġi Nru 49/2003 jirreferi għalihom), li jinkludu u ma jeskludux mill-kalkolu tal-kwantità attribwita lill-Istati Membri l-ħalib użat għall-produzzjoni ta’ ġobnijiet DPO li huma esportati jew li huma intiżi għas-suq ta’ pajjiżi terzi, fir-rigward ta’ din l-esportazzjoni, huma kuntrarji għall-għanijiet ta’ protezzjoni previsti fir-Regolament Nru 2081/92, li jipproteġi d-DPO, b’mod partikolari l-Artikolu 13, kif ikkonfermat permezz tar-Regolament Nru 510/2006 u bir-Regolament Nru 1151/2012, kif ukoll fid-dawl tal-għanijiet ta’ protezzjoni previsti fl-Artikolu 4 ta’ dan tal-aħħar, u huma kuntrarji għall-Artikoli 32, 39, 40 u 41 TFUE kif ukoll għall-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni u l-prinċipju ta’ inizzjattiva ekonomika libera għall-finijiet tal-esportazzjoni barra mill-Unjoni?

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 856/84 tal-31 ta’ Marzu 1984 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 804/68 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU 1984, L 90, p. 10).

2 Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi taxxa addizzjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU 2003, L 270, p. 136).

3 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 391).

4 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ĠU 2007, L 299, p. 1).

5 Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 4).

6 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel (ĠU 2006, L 93, p. 12).

7 Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU 2012, L 343, p. 1).