Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landessozialgericht Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Frar 2019 – Jobcenter Krefeld - Widerspruchsstelle vs JD

(Kawża C-181/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landessozialgericht Nordrhein-Westfalen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jobcenter Krefeld - Widerspruchsstelle

Konvenut: JD

Domandi preliminari

Huwa kompatibbli mar-rekwiżit ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 18 TFUE moqri flimkien mal-Artikoli 10 u 7 tar-Regolament Nru 492/2011 1 , li jiġu esklużi mill-benefiċċji ta’ assistenza soċjali fis-sens tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38/KE 2 iċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom dritt ta’ residenza skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 492/2011?

a)    Benefiċċju ta’ għajnuna soċjali fis-sens tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38 jikkostitwixxi vantaġġ soċjali fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011?

b)    Id-deroga stabbilita fl-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38 tapplika għar-rekwiżit ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 18 TFUE moqri flimkien mal-Artikoli 10 u 7 tar-Regolament Nru 492/2011?

Huwa kompatibbli mar-rekwiżit ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 18 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 3 , li jiġu esklużi mill-benefiċċji speċjali li ma humiex kontributorji u li jingħataw fi flus fis-sens tal-Artikolu 3(3) u tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament Nru 883/2004, iċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom dritt ta’ residenza skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 492/2011 u li huma affiljati ma’ sistema ta’ sigurtà soċjali jew ma’ sistema ta’ benefiċċji tal-familja fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 883/2004?

____________

1     Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU 2011, L 141, p. 1).

2     Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).

3     Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).