Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Ottubru 2009 - Gagalis vs Il-Kunsill

(Kawża F-89/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Spyridon Gagalis (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li tirrifjuta lir-rikorrent ir-rimbors sa 75 % tal-ispejjeż kollha marbuta ma' kura termika, skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tad-9 ta' Diċembru 2008, innotifikata lir-rikorrent fit-22 ta' Diċembru 2008 u li tirrifjuta, lil dan tal-aħħar, ir-rimbors sa 75 % tal-ispejjeż kollha marbuta ma' kura termika, skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal;

tannulla d-deċiżjoni tal-15 ta' Lulju 2009, innotifikata lir-rikorrent fis-17 ta' Lulju 2009 u li tiċħad l-ilment tar-rikorrent fir-rigward tar-rimbors sa 75 % tal-ispejjeż kollha marbuta mal-kura termika, skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-Kunsill iħallas lir-rikorrent l-ammont addizzjonali ta' EUR 1 551.38, flimkien mal-interessi moratorji;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________