Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta' Marzu 2010 -Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-21/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, Lecce, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni ta' ċaħda tat-talba tar-rikorrent intiża għal kumpens għal dannu subit minħabba li l-konvenuta bagħtet nota ta' debitu relatata mal-ispejjeż tal-avukat li kien irrappreżentaha fil-Kawża T-241/03 lill-avukat li kien iddefenda lir-rikorrent fl-imsemmija kawża u mhux lir-rikorrent innifsu.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda tat-talba tat-23 ta' Frar 2009;

sa fejn huwa neċessarju, jannulla l-att, indipendentement mill-forma tiegħu, taċ-ċaħda tal-ilment tal-14 ta' Settembru 2009 intiż kontra d-deċiżjoni ta' ċaħda tat-talba tat-23 ta' Frar 2009;

sa fejn huwa neċessarju, jannulla n-nota tal-1 ta' Diċembru 2009, redatta bil-Franċiż li r-rikorrent irċieva fid-19 ta' Jannar 2010, flimkien mat-traduzzjoni tagħha fil-lingwa Taljana;

jordna lill-Kummissjoni tħallas id-dannu patrimonjali u d-dannu mhux patrimonjali, inġustament subit mir-rikorrent wara r-redazzjoni u t-trażmissjoni lill-avukat li kien irrappreżenta lir-rikorrent fil-Kawża T-241/03 tan-nota tal-4 ta' Diċembru 2006, u tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 10 000.00, jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal tas-Servizz Pubbliku jqis ġusta u ekwa;

jordna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent, dekorribbli mill-jum ta' wara d-data li fiha t-talba tat-23 ta' Frar 2009 waslet għand il-Kummissjoni, u sal-ħlas effettiv tas-somma ta' EUR 10 000.00, l-interessi fuq din is-somma sa 10 % fis-sena, b'kapitalizzazzjoni annwali;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________